{"id":16849,"date":"2025-10-17T08:04:00","date_gmt":"2025-10-17T06:04:00","guid":{"rendered":"https:\/\/behold.mt\/?post_type=talba-bl-arti&#038;p=16849"},"modified":"2025-10-17T08:09:08","modified_gmt":"2025-10-17T06:09:08","slug":"mysteries-that-reveal-the-face-of-christ","status":"publish","type":"talba-bl-arti","link":"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/","title":{"rendered":"Mysteries that Reveal the Face of Christ"},"content":{"rendered":"\n<p id=\"h-l-ewwel-riflessjoni-dwar-il-pittura-tal-madonna-tar-ru-arju-fil-kolle-jata-ta-san-or-al-qormi\"><strong>It-Tieni Riflessjoni dwar il-Pittura tal-Madonna tar-Ru\u017carju fil-Kolle\u0121jata ta\u2019 San \u0120or\u0121, \u0126al Qormi<\/strong><\/p>\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote\"><p>Ladarba, l-a\u0127wa, g\u0127andna l-fidu\u010bja li nid\u0127lu fis-Santwarju bis-sa\u0127\u0127a tad-demm ta\u2019 \u0120es\u00f9 billi ng\u0127addu mit-triq, \u0121dida u \u0127ajja, li hu fet\u0127ilna \u2019l \u0121ewwa mill-velu, li hu l-\u0121isem tieg\u0127u stess; u ladarba g\u0127andna dan il-qassis il-kbir imqieg\u0127ed fuq il-familja ta\u2019 Alla, ejjew nersqu b\u2019qalb sin\u010biera u b\u2019fidi s\u0127i\u0127a, bi qlubna mnaddfin minn kuxjenza \u0127a\u017cina u l-\u0121isem tag\u0127na ma\u0127sul b\u2019ilma safi. <\/p><cite>Lhud 10, 19-22<\/cite><\/blockquote>\n\n<p>Fin-na\u0127a ta\u2019 fuq din il-pittura tal-Madonna tar-Ru\u017carju, l-an\u0121li qeg\u0127din i\u017commu mdendlin f\u2019posthom \u0127mistax-il misteru tar-Ru\u017carju, ji\u0121ifieri dawk tal-Fer\u0127, tat-Tbatija u tal-Glorja (il-misteri tad-dawl ma ninsewx li \u0121ew introdotti fl-2002 minn San \u0120wanni Pawlu II). Dawn il-\u0127mistax-il medaljun mdommin flimkien b\u2019\u017cigarella \u0127amra b\u0127al donnhom jifformaw pavaljun fuq Marija u l-Bambin, simili g\u0127all-purtieri mdendla li nsibu f\u2019xi santwarji fuq ix-xbihat ta\u2019 Marija. Minflok hija purtiera li tostor, dawn iktar jikxfu l-misteru g\u0127ax f\u2019kull xena \u010bkejkna g\u0127andna le\u0127\u0127a li ddawwal l-g\u0127arfien tag\u0127na tal-misteru tal-inkarnazzjoni u tal-fidwa. Il-Papa Piju XII f\u2019ittra lill-Ar\u010bisqof ta\u2019 Manila, il-Filippini, jiddeskrivi r-Ru\u017carju b\u0127ala \u201ctaqsira tal-Evan\u0121elju kollu\u201d (AAS 38 [1946], 419). U dan g\u0127aliex, kif ifisser San \u0120wanni Pawlu II dwar Marija:<\/p>\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote\"><p>It-tifkiriet ta\u2019 \u0120es\u00f9 minquxa f\u2019qalbha baqg\u0127u dejjem mag\u0127ha u wassluha biex tg\u0127ix il-mumenti differenti ta\u2019 \u0127ajjitha qrib Binha. Kienu dawn it-tifkiriet li, f\u2019\u010bertu sens, sawru \u2018r-ru\u017carju\u2019, li Hi stess kienet tg\u0127id\u00a0 matul il-\u0121ranet ta\u2019 \u0127ajjitha fuq din l-art.<\/p><p>U llum ukoll,\u00a0 fost l-g\u0127ana\u00a0 ferrie\u0127i ta\u2019 \u0120erusalemm tas-sema, ir-ra\u0121unijiet tag\u0127ha ta\u2019 radd il-\u0127ajr u tif\u0127ir baqg\u0127u l-istess. Dan juri l-im\u0127abba tag\u0127ha ta\u2019 omm g\u0127all-Knisja pellegrina, li fiha g\u0127adha qed twassal l-esperjenza personali tag\u0127ha tal-Bxara t-Tajba.\u00a0 Marija bla heda tpo\u0121\u0121i \u2018l-misteri\u2019 ta\u2019 Binha quddiem g\u0127ajnejn dawk li jemmnu u tixtieq li dawn ikunu kkontemplati \u0127alli minnhom to\u0127ro\u0121 il-qawwa kollha tas-salvazzjoni. <\/p><cite>Rosarium Virginis Mariae, par. 11<\/cite><\/blockquote>\n\n<p>A\u0127na u n\u0127allu lil Marija t\u0127abbrilna l-bxara t-tajba permezz tar-Ru\u017carju, waqt li nitolbu din it-talba u ng\u0127ixu kull misteru tal-\u0127ajja tag\u0127na, nitolbu l-grazzja li l-g\u0127ixien tag\u0127na wkoll issir rivelazzjoni, t\u0127abbira, tal-misteru ta\u2019 Kristu li jsalva.<\/p>\n","protected":false},"featured_media":13207,"template":"","rizors":[],"yoast_head":"<!-- This site is optimized with the Yoast SEO Premium plugin v16.4 (Yoast SEO v16.4) - https:\/\/yoast.com\/wordpress\/plugins\/seo\/ -->\n<title>Mysteries that Reveal the Face of Christ - Behold<\/title>\n<meta name=\"robots\" content=\"index, follow, max-snippet:-1, max-image-preview:large, max-video-preview:-1\" \/>\n<link rel=\"canonical\" href=\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/\" \/>\n<meta property=\"og:locale\" content=\"en_US\" \/>\n<meta property=\"og:type\" content=\"article\" \/>\n<meta property=\"og:title\" content=\"Mysteries that Reveal the Face of Christ - Behold\" \/>\n<meta property=\"og:description\" content=\"It-Tieni Riflessjoni dwar il-Pittura tal-Madonna tar-Ru\u017carju fil-Kolle\u0121jata ta\u2019 San \u0120or\u0121, \u0126al Qormi Ladarba, l-a\u0127wa, g\u0127andna l-fidu\u010bja li nid\u0127lu fis-Santwarju bis-sa\u0127\u0127a tad-demm ta\u2019 \u0120es\u00f9 billi ng\u0127addu mit-triq, \u0121dida u \u0127ajja, li hu fet\u0127ilna \u2019l \u0121ewwa mill-velu, li hu l-\u0121isem tieg\u0127u stess; u ladarba g\u0127andna dan il-qassis il-kbir imqieg\u0127ed fuq il-familja ta\u2019 Alla, ejjew nersqu b\u2019qalb sin\u010biera u b\u2019fidi s\u0127i\u0127a, bi qlubna mnaddfin minn kuxjenza \u0127a\u017cina u l-\u0121isem tag\u0127na ma\u0127sul b\u2019ilma safi... Read more&#160;&raquo;\" \/>\n<meta property=\"og:url\" content=\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/\" \/>\n<meta property=\"og:site_name\" content=\"Behold\" \/>\n<meta property=\"article:modified_time\" content=\"2025-10-17T06:09:08+00:00\" \/>\n<meta property=\"og:image\" content=\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/Madonna-tar-Ruzarju-San-Gorg-Hal-Qormi-4MB.jpg\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:width\" content=\"1684\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:height\" content=\"2490\" \/>\n<meta name=\"twitter:card\" content=\"summary_large_image\" \/>\n<meta name=\"twitter:label1\" content=\"Est. reading time\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data1\" content=\"2 minutes\" \/>\n<script type=\"application\/ld+json\" class=\"yoast-schema-graph\">{\"@context\":\"https:\/\/schema.org\",\"@graph\":[{\"@type\":\"WebSite\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/#website\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/\",\"name\":\"Behold\",\"description\":\"Archdiocese of Malta\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"SearchAction\",\"target\":\"https:\/\/behold.mt\/?s={search_term_string}\",\"query-input\":\"required name=search_term_string\"}],\"inLanguage\":\"en-US\"},{\"@type\":\"ImageObject\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#primaryimage\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/Madonna-tar-Ruzarju-San-Gorg-Hal-Qormi-4MB.jpg\",\"contentUrl\":\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/10\/Madonna-tar-Ruzarju-San-Gorg-Hal-Qormi-4MB.jpg\",\"width\":1684,\"height\":2490},{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#webpage\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/\",\"name\":\"Mysteries that Reveal the Face of Christ - Behold\",\"isPartOf\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/#website\"},\"primaryImageOfPage\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#primaryimage\"},\"datePublished\":\"2025-10-17T06:04:00+00:00\",\"dateModified\":\"2025-10-17T06:09:08+00:00\",\"breadcrumb\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#breadcrumb\"},\"inLanguage\":\"en-US\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"ReadAction\",\"target\":[\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/\"]}]},{\"@type\":\"BreadcrumbList\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#breadcrumb\",\"itemListElement\":[{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":1,\"item\":{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/\",\"name\":\"Home\"}},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":2,\"item\":{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/talba-bl-arti\/\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/talba-bl-arti\/\",\"name\":\"Talb permezz tal-Arti\"}},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":3,\"item\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/mysteries-that-reveal-the-face-of-christ\/#webpage\"}}]}]}<\/script>\n<!-- \/ Yoast SEO Premium plugin. -->","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/16849"}],"collection":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti"}],"about":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/types\/talba-bl-arti"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/16849\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16955,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/16849\/revisions\/16955"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media\/13207"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=16849"}],"wp:term":[{"taxonomy":"rizors","embeddable":true,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/rizors?post=16849"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}