{"id":17559,"date":"2026-01-16T08:07:00","date_gmt":"2026-01-16T07:07:00","guid":{"rendered":"https:\/\/behold.mt\/?post_type=talba-bl-arti&#038;p=17559"},"modified":"2026-01-16T08:55:12","modified_gmt":"2026-01-16T07:55:12","slug":"the-sceptre-and-the-cross","status":"publish","type":"talba-bl-arti","link":"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/","title":{"rendered":"The Sceptre and the Cross"},"content":{"rendered":"\n<p><strong><strong><em>It-Tieni Riflessjoni: It-Trijonf tal-Knisja, il-Katidral tal-Imdina<\/em><\/strong><\/strong><\/p>\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote\"><p>Sliem g\u0127alik, artal g\u0127ani tal-Vittma,<\/p><p>li t-tbatija \u017cejjnitek bir-reb\u0127;<\/p><p>fuqek mietet il-\u0127ajja biex tag\u0127ti<\/p><p>lilna l-\u0127ajja w timliena bis-seb\u0127.<\/p><cite>Litur\u0121ija tas-Sig\u0127at, Innu tal-G\u0127asar tal-Festa tal-E\u017caltazzjoni tas-Salib<\/cite><\/blockquote>\n\n<p>A\u0127na u nkomplu nikkontemplaw <em>It-Trijonf tal-Knisja<\/em> li tpitter mas-saqaf tal-Katidral tal-Imdina lejn tmiem is-seklu tmintax, ner\u0121g\u0127u nitfg\u0127u l-\u0127arsa tag\u0127na fuq id-dinamika li hemm bejn Kristu u x-xbieha allegorika tal-Knisja.<\/p>\n\n<p>Huwa Kristu li qieg\u0127ed inewwel ix-xettru tas-setg\u0127a tieg\u0127u u l-Knisja qed tilqg\u0127u minn idejh. Il-qawwa mhijiex tag\u0127ha imma ta\u2019 Kristu. Fl-Evan\u0121elju nsibu kif Kristu meta kien fuq l-art \u0127alla din is-setg\u0127a tieg\u0127u lil Pietru (Mt 16, 19) u lill-appostli (Mt 18, 18; \u0120w 20, 23). Setg\u0127a li mhijiex \u0127akma\u2014 \u201cIs-saltna tieg\u0127i mhijiex ta\u2019 din id-dinja\u201d (\u0120w 18, 36)\u2014imma qawwa li \u017c\u017comm \u0127ajja fostna u twassal il-grazzja ta\u2019 Kristu b\u2019mod spe\u010bjali permezz tas-Sagramenti, li f\u2019din il-pittura huma rrappre\u017centati kemm fix-xbihat Ewkaristi\u010bi (kal\u010bi, qam\u0127, g\u0127eneb) u kif ukoll bl-ilbies litur\u0121iku.<\/p>\n\n<p>Fl-istess waqt, anke l-g\u0127uda tas-salib hi \u0127ier\u0121a min-na\u0127a ta\u2019 Kristu u testendi g\u0127al fuq dahar il-Knisja b\u0127al donnu jdellilha\u2014tfakkira li anke l-misteru tas-salib tal-Mulej jitkompla fil-\u0121isem mistiku tieg\u0127u. Kif insibu fil-Kateki\u017cmu tal-Knisja Kattolika:<\/p>\n\n<blockquote class=\"wp-block-quote\"><p>Il-Knisja ma tid\u0127olx fil-glorja tas-Saltna, jekk mhux permezz ta\u2019 dan l-a\u0127\u0127ar G\u0127id li bih timxi wara Sidha fil-mewt u l-qawmien tieg\u0127u g\u0127all-\u0127ajja (ara Apok 19,1-9). Is-Saltna mhux se sse\u0127\u0127 fl-a\u0127\u0127ar b\u2019xi trijonf storiku tal-Knisja (ara Apok 13,8) li ji\u0121i wara reb\u0127iet dejjem akbar, imma bir-reb\u0127a ta\u2019 Alla fuq il-qilla tal-\u0127a\u017cen (ara Apok 21,2-4).<\/p><cite>KKK, par. 677<\/cite><\/blockquote>\n\n<p>Huwa fis-salib li tinsab ir-reb\u0127a vera tag\u0127na; huwa minn hemm li to\u0127ro\u0121 kull qawwa; huwa bit-tbatija u l-qadi li ting\u0127ex b\u2019mod qaddis kull setg\u0127a u kull awtorit\u00e0. Permezz tas-sinjal tad-dg\u0127ufija ta\u2019 Alla a\u0127na wkoll niksbu l-qawwa li nterrqu wi\u010b\u010b l-art u n\u0127allu lil Kristu jirba\u0127 iktar qlub g\u0127alih permezz tad-dg\u0127ufija tag\u0127na.<\/p>\n\n<p>Quddiem sitwazzjonijiet dejjem jinbidlu, nag\u0127raf inqieg\u0127ed il-fidu\u010bja tieg\u0127u (sew b\u0127ala individwu u sew b\u0127ala membru ta\u2019 komunit\u00e0), mhux fil-qawwa tieg\u0127i jew f\u2019xi forma ta\u2019 poter, imma fis-salib tal-Mulej li hu \u201cl-qawwa ta\u2019 Alla u l-g\u0127erf ta\u2019 Alla\u201d (1 Kor 1, 24).<\/p>\n","protected":false},"featured_media":13154,"template":"","rizors":[],"yoast_head":"<!-- This site is optimized with the Yoast SEO Premium plugin v16.4 (Yoast SEO v16.4) - https:\/\/yoast.com\/wordpress\/plugins\/seo\/ -->\n<title>The Sceptre and the Cross - Behold<\/title>\n<meta name=\"robots\" content=\"index, follow, max-snippet:-1, max-image-preview:large, max-video-preview:-1\" \/>\n<link rel=\"canonical\" href=\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/\" \/>\n<meta property=\"og:locale\" content=\"en_US\" \/>\n<meta property=\"og:type\" content=\"article\" \/>\n<meta property=\"og:title\" content=\"The Sceptre and the Cross - Behold\" \/>\n<meta property=\"og:description\" content=\"It-Tieni Riflessjoni: It-Trijonf tal-Knisja, il-Katidral tal-Imdina Sliem g\u0127alik, artal g\u0127ani tal-Vittma,li t-tbatija \u017cejjnitek bir-reb\u0127;fuqek mietet il-\u0127ajja biex tag\u0127tililna l-\u0127ajja w timliena bis-seb\u0127.Litur\u0121ija tas-Sig\u0127at, Innu tal-G\u0127asar tal-Festa tal-E\u017caltazzjoni tas-Salib A\u0127na u nkomplu nikkontemplaw It-Trijonf tal-Knisja li tpitter mas-saqaf tal-Katidral tal-Imdina lejn tmiem is-seklu tmintax, ner\u0121g\u0127u nitfg\u0127u l-\u0127arsa tag\u0127na fuq id-dinamika li hemm bejn Kristu u x-xbieha allegorika tal-Knisja... Read more&#160;&raquo;\" \/>\n<meta property=\"og:url\" content=\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/\" \/>\n<meta property=\"og:site_name\" content=\"Behold\" \/>\n<meta property=\"article:modified_time\" content=\"2026-01-16T07:55:12+00:00\" \/>\n<meta property=\"og:image\" content=\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/750_8703-1482021-171040-Copy-2-scaled.jpg\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:width\" content=\"2560\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:height\" content=\"2504\" \/>\n<meta name=\"twitter:card\" content=\"summary_large_image\" \/>\n<meta name=\"twitter:label1\" content=\"Est. reading time\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data1\" content=\"2 minutes\" \/>\n<script type=\"application\/ld+json\" class=\"yoast-schema-graph\">{\"@context\":\"https:\/\/schema.org\",\"@graph\":[{\"@type\":\"WebSite\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/#website\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/\",\"name\":\"Behold\",\"description\":\"Archdiocese of Malta\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"SearchAction\",\"target\":\"https:\/\/behold.mt\/?s={search_term_string}\",\"query-input\":\"required name=search_term_string\"}],\"inLanguage\":\"en-US\"},{\"@type\":\"ImageObject\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#primaryimage\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/750_8703-1482021-171040-Copy-2-scaled.jpg\",\"contentUrl\":\"https:\/\/behold.mt\/wp-content\/uploads\/2021\/09\/750_8703-1482021-171040-Copy-2-scaled.jpg\",\"width\":2560,\"height\":2504},{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#webpage\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/\",\"name\":\"The Sceptre and the Cross - Behold\",\"isPartOf\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/#website\"},\"primaryImageOfPage\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#primaryimage\"},\"datePublished\":\"2026-01-16T07:07:00+00:00\",\"dateModified\":\"2026-01-16T07:55:12+00:00\",\"breadcrumb\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#breadcrumb\"},\"inLanguage\":\"en-US\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"ReadAction\",\"target\":[\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/\"]}]},{\"@type\":\"BreadcrumbList\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#breadcrumb\",\"itemListElement\":[{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":1,\"item\":{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/\",\"name\":\"Home\"}},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":2,\"item\":{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/talba-bl-arti\/\",\"url\":\"https:\/\/behold.mt\/talba-bl-arti\/\",\"name\":\"Talb permezz tal-Arti\"}},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":3,\"item\":{\"@id\":\"https:\/\/behold.mt\/en\/talba-bl-arti\/the-sceptre-and-the-cross\/#webpage\"}}]}]}<\/script>\n<!-- \/ Yoast SEO Premium plugin. -->","_links":{"self":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/17559"}],"collection":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti"}],"about":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/types\/talba-bl-arti"}],"version-history":[{"count":3,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/17559\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":17660,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/talba-bl-arti\/17559\/revisions\/17660"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media\/13154"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=17559"}],"wp:term":[{"taxonomy":"rizors","embeddable":true,"href":"https:\/\/behold.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/rizors?post=17559"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}