I went as though mourning a mother

 

L-Uffiċċju tal-qari, il-Ġimgħa 11 ta’ April 2025

Salm 34 (35)

(II) 

Iżda meta kienu morda, *
jien kont nilbes l-ixkora;
kont ngħakkes bis-sawm lili nnifsi, *
u nitlob b’rasi mgħaddsa fi ħdani.
Bħal ħbiebi, bħal ħuti mxejt magħhom; *
bħal min jagħli għal ommu nxtħett fin-niket. 

Meta waqajt jien, inġemgħu flimkien jifirħu, *
ingħaqdu flimkien kontrija.
Iqassu fuqi nies li ma nafhomx, *
u bla heda jtertquni.
Mal-ħżiena jkasbruni u jiddieħku, *
jgħażgħżu snienhom kontrija. 

Glorja.

Ant. 2: Mulej Sidi, agħtini raġun, aqbeż għall-kawża tiegħi, għax int qawwi.

Ant. 3: Il-jum kollu lsieni jxandar il-ġustizzja tiegħek.