B’danakollu baqgħu jidinbu, * ma emmnux fl-għeġubijiet tiegħu. U temm ħajjithom f’nifs wieħed, * is-snin tagħhom b’mewt għall-għarrieda. Imbagħad kienu jfittxuh meta kien jeqridhom, * kienu jindmu u jfittxu ’l Alla bil-ħerqa; kienu jiftakru li Alla l-blata tagħhom, * Alla l-Għoli l-feddej tagħhom. Imma kienu jqarrqu bih bi kliemhom, * kienu jigdbulu bi lsienhom. Għax qalbhom ma kinitx sewwa miegħu, * ma kinux fidili mal-patt tiegħu.
Iżda hu kien iħenn u jaħfrilhom il-ħtija, * ma kienx jasal biex jeqridhom; ħafna drabi kien iżomm il-korla, * ma kienx jixgħel qilltu kollha. Kien jiftakar li bnedmin huma, * bħal żiffa li tgħaddi u ma terġax lura.
Glorja.
Ant. 3: Kienu jiftakru li Alla l-blata tagħhom u l-feddej tagħhom.