Do you think that I am like you?

 

L-uffiċċju tal-qari, it-Tnejn 3 ta’ Novembru 2025

Salm 49 (50)

(III) 

Lill-ħażin, imma, Alla jgħidlu: †
“Kif titkellem fuq il-kmandamenti tiegħi, *
u żżomm fuq xufftejk il-patt tiegħi,
int, li tobgħod it-twiddib, *
u tixħet kliemi wara dahrek? 

Jekk tiltaqa’ ma’ ħalliel, tissieħeb miegħu; *
u sehmek taqsam maż-żienja.
Fommok ftaħt għall-ħażen, *
u lsienek il-qerq jinseġ. 

Kontra ħuk toqgħod tpaċpaċ, *
kontra bin ommok tqassas.
Dan int għamilt, u jien bqajt sieket; *
forsi ħsibt li jiena bħalek.
Issa se nċanfrek, *
u dan kollu nqiegħed quddiemek. 

Ifhmuha sewwa, intom li tinsew ’l Alla, *
li ma naħtafkomx, u ħadd ma jeħliskom.
Min iroddli sagrifiċċju ta’ radd il-ħajr, *
dan isebbaħni;lil min jimxi bis-sewwa *
nurih is-salvazzjoni ta’ Alla.” 

Glorja.

Ant. 3: Jien tjieba rrid, mhux sagrifiċċju; li tagħrfu ’l Alla rrid, u mhux vittmi maħruqa.