in the land of the living

 

L-għasar, l-Erbgħa 24 ta’ Settembru 2025

Salm 26 (27)

(II) 

Isma’, Mulej, leħen l-għajta tiegħi, *
ħenn għalija u weġibni.
“Ejja,” għedt f’qalbi, “fittex ’il wiċċu”; *
jien wiċċek infittex, Mulej. 


La taħbix wiċċek minni, *
la twarrabx bl-herra l-qaddej tiegħek.
Inti l-għajnuna tiegħi; tħallinix *
u titlaqnix, Alla tas-salvazzjoni tiegħi.
Għalkemm telquni missieri u ommi, *
il-Mulej jilqagħni għandu. 

Urini, Mulej, it-triq tiegħek, *
mexxini minn mogħdija dritta
minħabba l-għedewwa tiegħi. 

Titlaqnix għax-xewqa tal-għedewwa tiegħi; †
għaliex xhieda qarrieqa qamu kontrija, *
li l-qerq jarmu man-nifs tagħhom. 

Nemmen li għad nara t-tjieba tal-Mulej *
f’art il-ħajjin.
Ittama fil-Mulej,
żomm sħiħ u qawwi qalbek, *
ittama fil-Mulej. 

Glorja.

Ant. 2: Jien wiċċek infittex, Mulej: la taħbix wiċċek minni.

Ant. 3: Hu l-kbir fost il-ħlejjaq kollha, hu l-ewwel f’kollox.