the work of human hands

 

L-għasar, il-Ġimgħa 20 ta’ Ġunju 2025

Salm 134 (135)

(II) 

Mulej, għal dejjem idum ismek! *
Mulej, minn żmien għal żmien il-fama tiegħek!
Għax il-Mulej jagħmel ħaqq mal-poplu tiegħu, *
juri ħniena mal-qaddejja tiegħu. 

L-idoli tal-ġnus huma deheb u fidda, *
xogħol ta’ id il-bniedem:
għandhom il-fomm, u ma jitkellmux; *
għandhom l-għajnejn, u ma jarawx;
għandhom il-widnejn, u ma jisimgħux; *
anqas nifs ma għandhom fi mnifsejhom.
Bħalhom ikunu dawk li jagħmluhom, *
u dawk kollha li jittamaw fihom. 

Bierek, Iżrael, il-Mulej; *
bierek, dar Aron, il-Mulej;
bierek, dar Levi, il-Mulej; *
bierku l-Mulej, intom li tibżgħu mill-Mulej. 

Imbierek il-Mulej minn Sijon, *
hu li joqgħod f’Ġerusalemm! 

Glorja.

Ant. 2: Bierek, Iżrael, il-Mulej; għannu lil ismu għax hu sabiħ.

Ant. 3: Il-ġnus kollha jiġu jinxteħtu quddiemek, Mulej.