you know my resting and my rising

 

L-għasar, l-Erbgħa 17 ta’ Settembru 2025

Salm 138 (139):1-18,23-24

(I)
Alla jara kollox
Min qatt għaraf moħħ il-Mulej?

Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? (Rum 11:34) 

Mulej, int tgħarbilni u tagħrafni; †
int taf meta noqgħod u meta nqum, *
int tagħraf mill-bogħod ħsibijieti.
Int tagħraf il-mixi u l-waqfien tiegħi; *
triqati kollha inti tafhom sewwa.
Inkun għadni anqas lissint il-kelma, *
meta int, Mulej, tkun ġa tafha kollha. 

Dawramejt inti tħaddanni, *
u tqegħedli idek fuqi.
L-għerf tiegħek tal-għaġeb, †
ma nwassalx għalih; *
għoli wisq, u ma nlaħħaqx miegħu. 

Fejn immur ’il bogħod mill-ispirtu tiegħek? *
Jew fejn nista’ naħrab minn quddiem wiċċek?
Jekk nitla’ fis-smewwiet, hemm int; *
jekk nimtedd f’qiegħ l-art, int hemm ukoll.
Jekk nilbes il-ġwienaħ tas-sebħ, *
u mmur ngħammar fi truf il-baħar,
hemm ukoll tilħaqni idek, *
u taqbadni l-leminija tiegħek.
Jekk ngħid: “Ħa jaħbini d-dlam, *
ħa jkunli d-dawl lejl madwari,”
anqas id-dlam ma hu mudlam; †
għalik il-lejl jiddi bħan-nhar; *
id-dlam bħad-dawl għalik. 

Glorja.

Ant. 1: L-għerf tiegħek hu tal-għaġeb, Mulej, ma nwassalx għalih.

Ant. 2: Jiena hu l-Mulej, li nifli l-moħħ u ngħarbel il-qlub, biex nagħti ’l kull wieħed skont l-imġiba tiegħu.