Int wessajtli t-triq quddiemi

 

L-ufffiċċju tal-qari, il-Ħamis 6 ta’ Ġunju 2024
Salm 17 (18):36-46

(V) 

Int tajtni t-tarka tas-salvazzjoni tiegħek, *
lemintek għenitni, l-għajnuna tiegħek kabbritni.
Int wessajtli t-triq quddiemi, *
u ma tfixklux riġlejja.
Neħodha għal wara l-għedewwa u nilħaqhom, *
ma nerġax lura qabel neqridhom.
Nagħtihom daqqa, ma jqumux iżjed minnha; *
jaqgħu mirbuħa taħt riġlejja.
Int tħażżimni bil-qawwa għat-taqbida, *
taħti titfa’ ’l dawk li jqumu għalija. 

Iġġiegħel l-għedewwa jaħarbu quddiemi; *
jien neqred ’il dawk li jobogħduni.
Jgħajtu għall-għajnuna, u ħadd ma jgħinhom; *
lill-Mulej isejħu, u ma jweġibhomx.
Bħat-trab itir mar-riħ nagħmilhom, *
bħat-tajn tat-triqat ngħaffeġ fuqhom.
Int teħlisni minn poplu ġellied, †
fuq il-ġnus inti tqegħedni; *
u poplu, li ma nafux, jaqdini.
Malli jisimgħu bija, joqgħodu għalija; *
il-barranin jinxteħtu sal-art quddiemi.
Il-barranin jaqgħu mifnija, *
joħorġu mwerwra mill-fortizza tagħhom. 

Glorja.

Ant. 2: Il-leminija tiegħek, Mulej, għenitni.

Ant. 3: Ikun imfaħħar Alla tas-salvazzjoni tiegħi!

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar