Min aħna

Il-Proċess ta’ Tiġdid Ekkleżjali li qed tgħix bħalissa l-Knisja f’Malta jenfasizza ħafna l-ħtieġa ta’ formazzjoni u akkumpanjament tad-dixxipli fit-triq tagħhom wara l-Mulej u fil-missjoni tagħhom li joħorġu mingħajr biża’. Permezz ta’ dan is-sit, il-grupp Pastorali Bibblika u Liturġija fi ħdan il-Vigarjat għall-Evanġelizzazzjoni qed joffri:

  • akkumpanjament fit-talb permezz tal-Lituġija, tal-Kelma ta’ Alla u tal-Arti;
  • katekeżi ghall-adulti bil-għeruq tagħha fil-kultura Maltija u l-ħajja tal-Knisja f’Malta;
  • għajnuniet għal dawk involuti fil-ħidma pastorali tal-Knisja.

U hekk, filwaqt li nieqfu u nħarsu lejn il-Misteru, muri lilna fl-Iskrittura u fit-Tradizzjoni, fl-istess waqt inħallu lilna nfusna nissaħħru mill-ġmiel ta’ dan il-Misteru u ninħatfu minnu.