L-uffiċċju tal-qari, il-Ħamis 26 ta’ Settembru 2024
Salm 17 (18):31-35
(IV)
Dritta hi t-triq ta’ Alla; * safja hi l-kelma tal-Mulej. Tarka huwa Alla * għal kull min jistkenn fih. Għax min hu Alla ħlief Jaħweh? * Min hu blata ħlief Alla tagħna? Hu Alla, li ħażżimni bil-qawwa; * fetaħli triq dritta quddiemi. Bħal taċ-ċriev jagħmilli riġlejja, * fuq l-għoljiet fis-sod iqegħedni. Idejja jħarriġli għat-taqbida; * ark tal-bronż imiddu diragħajja.
Glorja.
Ant. 1: Il-kelma tal-Mulej hi tarka għal kull min jistkenn fih.
Ant. 2: Il-leminija tiegħek, Mulej, għenitni.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar