Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek

 

L-uffiċċju tal-qari, it-Tnejn 30 ta’ Settembru 2024
Salm 30 (31)

(II) 

Ħenn għalija, Mulej, għax ninsab fil-hemm, †
infnew għajnejja minħabba d-dwejjaq, *
ruħi wkoll u l-ġewwieni tiegħi. 

Infniet ħajti bil-għali, *
u bl-ilfiq is-snin ta’ ħajti;
minħabba fil-hemm naqsitni saħħti, *
u tmermer għadmi kollu. 

Minħabba l-għedewwa tiegħi kollha, *
jien sirt ħaġa ta’ min ikasbarha;
Ħaġa ta’ twerwir għall-ġirien tiegħi, *
u ta’ biża’ għal min jafni.
Dawk li jarawni barra *
jaħarbu minni.
Intlift minn sensija bħal wieħed mejjet, *
sirt bħal ġarra mkissra.
Għax smajt l-għajdut tal-kotra fuqi; *
biża’ minn kullimkien madwari.
Jiftiehmu bejniethom kontrija, *
jonsbuni biex jeħduli ħajti. 

Imma jien fik nittama, Mulej; *
jien ngħidlek: “Alla tiegħi int!”
F’idejk hi xortija, †
eħlisni minn id l-għedewwa, *
minn id dawk li jeħduha kontrija.
Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek; *
fit-tjieba tiegħek eħlisni. 

Glorja.

Ant. 2: Uri d-dawl ta’ wiċċek lill-qaddej tiegħek, Mulej.

Ant. 3: Imbierek il-Mulej li għamel miegħi għeġubijiet ta’ tjieba.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar