Jifirħu xufftejja jien u ngħannilek

 

Talb ta’ nofs il-jum, it-Tnejn 7 ta’ Ottubru 2024
Salm 70 (71)

(II) 

Imma jien nibqa’ dejjem nittama, *
u nkattar tifħirek kollu.
Fommi jxandar il-ġustizzja tiegħek, †
il-jum kollu l-għemejjel tal-għajnuna tiegħek, *
għalkemm jien stess ma nafx kif ngħoddhom. 

Nersaq quddiem il-kobor tiegħek, Mulej Sidi, *
biex il-ġustizzja tiegħek waħdek inxandar.
O Alla, sa minn żgħożiti int għallimtni; *
u jien s’issa għadni nxandar għeġubijietek.
Imqar meta nixjieħ u jibjad xagħri, *
la tinsinix, o Alla;
sakemm inxandar għemil idejk lil kull nisel, *
il-qawwa tiegħek lil kull min għad jiġi. 

M’ogħla s-smewwiet il-ġustizzja tiegħek o Alla! †
Ħwejjeġ kbar int għamilt; *
min hu bħalek o Alla!
Minn għawġ kbir u qalil int għaddejtni; †
iżda int terġa’ tagħtini l-ħajja, *
minn qiegħ l-art terġa’ ttellagħni.
Kattarli l-kobor tiegħi; *
erġa’ agħtini l-faraġ tiegħek. 

U jiena nfaħħrek bl-arpa †
għall-fedeltà tiegħek, Alla tiegħi; *
ngħannilek biċ-ċetra, Qaddis ta’ Iżrael.
Jifirħu xufftejja jien u ngħannilek; *
tifraħ ruħi, li inti fdejtli.
U lsieni l-jum kollu jitħaddet *
fuq il-ġustizzja tiegħek,
għax waqa’ fl-għajb u l-mistħija *
min iridli d-deni. 

Glorja.

Ant. 3: Imqar meta nixjieħ, la tinsinix, o Alla.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar