Lejk għajtu, u inti ħlisthom

 

Talb ta’ nofs il-jum, il-Ġimgħa 11 ta’ Ottubru 2024
Salm 21 (22)

(I)

Alla jisma’ t-talb tal-ġust imnikket
Ġesù għajjat b’leħen qawwi u qal: “Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?”. (Mt 27:46) 

Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni? †
Bqajt ’il bogħod u ma salvajtnix, *
ma tajtx widen għall-għajat tiegħi!
Alla tiegħi, ngħajjat binhar u ma tweġibx, *
ngħajjat billejl u ma nsibx mistrieħ. 

Imma int tgħammar fis-santwarju, *
u lilek ifaħħar Iżrael!
Fik ittamaw missirijietna, *
fik ittamaw, u inti ħlisthom.
Lejk għajtu, u inti ħlisthom; *
fik ittamaw, u ma tfixklux. 

Jien dudu tal-art, u mhux bniedem, *
żebliħ tan-nies, tkasbir tal-poplu.
Dawk kollha li jarawni jidħku bija, *
jgħajbuni, iħarrku rashom u jgħidu:
“F’idejn il-Mulej intelaq; ħa jeħilsu hu! *
Ħa jsalvah hu, la bih jitgħaxxaq!”
Imma int minn ġuf ommi lqajtni; *
fi ħdan ommi fis-sod qegħedtni.
Fuqek qegħduni sa minn twelidi; *
int Alla tiegħi sa minn ġuf ommi.
La titbegħidx minni, għax qrib hu t-taħbit, *
u m’hawn ħadd biex jgħinni. 

Glorja.

Ant. 1: Kien imżeblaħ u mwarrab mill-bnedmin, bniedem li bata u kien jaf x’inhu l-mard.

Ant. 2: Qatgħu x-xorti, u qasmu bejniethom il-ħwejjeġ ta’ Ġesù.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar