O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek

 

Tifħir ta’ sbiħ il-jum, it-Tlieta 15 ta’ Ottubru 2024
Salm 143 (144)

(I)

Radd il-ħajr wara r-rebħa u s-sliem
Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini (Fil 4:13) 

Imbierek il-Mulej, il-blata tiegħi, †
li jħarriġli jdejja għat-taqbida *
u subgħajja għat-taqtigħa.
Tjieba tiegħi u qawwa tiegħi, *
kenn tiegħi u ħellies tiegħi,
tarka tiegħi, fih jien nistkenn; *
hu li jrażżan il-popli taħti. 

Mulej, x’inhu l-bniedem biex taħseb fih, *
jew bin il-bniedem biex tiftakar fih?
Bħal daqxejn ta’ nifs hu l-bniedem; *
bħal dell li jgħaddi huma jiemu. 

Ofroq, Mulej, is-smewwiet tiegħek u inżel; *
miss l-għoljiet, u huma jdaħħnu.
Agħmel il-beraq u xerridhom; *
faqqa’ s-sajjetti u ħarrabhom.
Midd idek mill-għoli, *
aħtafni mill-ilma kotran;
eħlisni minn id il-barrani, †
li b’fommu jgħid il-gideb, *
u b’lemintu jixhed il-qerq. 

O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek, *
fuq arpa ta’ għaxar kordi ngħannihielek.
Int li tagħti r-rebħa lis-slaten, *
li teħles lil David, il-qaddej tiegħek. 

Glorja.

Ant. 3: O Alla, għanja ġdida rrid ninsiġlek.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar