Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek

 

L-uffiċċju tal-qari, it-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2024
Salm 36 (37)

(I) Ix-xorti tal-ħżiena u tal-ġusti
Henjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom l-art bħala wirt. (Mt 5:5) 

La tagħdabx minħabba l-ħżiena, *
la tgħirx għal dawk li jagħmlu d-deni;
għax bħall-ħaxix malajr jitbielu, *
u bħan-nibbieta malajr jinxfu.

Afda fil-Mulej, u agħmel it-tajjeb; *
għammar fl-art, u tgħix b’moħħok mistrieħ;
qiegħed fil-Mulej l-għaxqa tiegħek, *
u jagħtik dak li tixtieq qalbek. 

Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek, *
afda fih, u jagħmel hu.
Hu juri bħad-dawl is-sewwa tiegħek, *
u d-dritt tiegħek bħal nofsinhar. 

Serraħ rasek fil-Mulej u ttama fih; *
tinkeddx minħabba f’min jirnexxi
u f’min jimxi bil-ħżunija.
Ħallik mill-korla u la tirrabjax; *
tinkedd xejn għax deni jiswielek. 

Għax il-ħżiena jitqaċċtu ’l barra; *
imma min jittama fil-Mulej jikseb l-art.
Ftit ieħor, u l-ħażin ma jkunx aktar; *
għad tħares fejn kien u ma ssibux.
Imma l-ġwejdin għad jirtu l-art, *
u bi sliem kotran jitgħaxxqu. 

Glorja.

Ant. 1: Erħi fil-Mulej it-triq tiegħek, u jagħmel hu.

Ant. 2: Tbiegħed mill-ħażen u agħmel it-tajjeb: il-Mulej iżomm il-ġusti.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar