Ħelu Bambin
Ċkejken
Messija, hawn huwa l-Milied,
’lideK
f’did-dinja, li twarrbek hi trid.
Ejja u ara
O bniedem, b’Sinjal
Kif
l-Anġli dlonk ħabbru skont KelmteK Mulej:
Ġużeppi
u Marija mar-Rgħajja qimuH, Il-Maġi sabuH,
Tarbija
f’maxtura: “Bambino Gesù” Ġesù Bambin!
Ħelu Bambin
B’qalbi kollha nfaħħreK
F’kull żmien u
f’kull Milied
Ħelu Bambin
Veru jiena inħobboK
Ġesù
Bambin.
Dal-Milied
kollu hu Tiegħek Bambin,
GħaliK
huwa dan l-istaġun ta’ barkiet,
Qatt żgur
mingħajrek ma jkollna Milied,
T’Hena,
ta’ Paċi u Ġid tas-smewwiet.
Il-Verb
ta’ Alla twieled għalija u għalik, Ejjew nadurawH,
U Hu
għammar fostna, għalhekk b’twemmin kbir niċċelebrawH!
Ħelu Bambin…
Brigde:
B’dil-għanja ħelwa tal-Milied,
Bl-ilwien
ta’ dat-tiżjin fl-ibliet,
Bil-Presepji
u Knejjes sbieħ,
Ngħolluk
b’ġieh O Mulej
Ħelu Bambin
B’qalbi kollha nfaħħreK
F’kull żmien u
f’kull Milied
Ħelu Bambin
Veru jiena inħobboK — dejjem ridt u emmint
Ħelu Bambin
B’qalbi kollha inħobboK
Ġesù
Bambin.
Muzika: Andrew Zammit
Kliem: Fr George Ocar Buttigieg
Żminijiet: Avvent
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul