Inħobbok f’min hu fqir

Għax ngħid
li nemmen fik Mulej

Li mħabbti
kollha għalik,

Jekk ma narakx
fil-fqir magħkus

Li l-ikbar xebħ
jagħtik?

Kif għandi
l-ħila ngħid li Int

Tinsab fil-ġmiel
tal-ward,

U ninsa ‘l
min jinsab fil-għaks

Fil-qtiegħ ta’
qalb, fil-mard?

Kif tista’
qalbi tfur bil-ferħ

W għanjietha
tgħolli lejk,

Jekk mogħmi ma
nilmaħx li hemm

Imsallab ħija
ħdejk?

L-inbid u l-ħobż
li jiena nduq

M’humiex se
jtuqu r-ruħ

Jekk ma nismax
l-għajat maħnuq

Ta’ min
jinsab bil-ġuħ!

Mulej inħobbok
f’min hu fqir

Li jġegħelni
nemmen fik,

Għax nilmħek
f’kull min hu magħkus

Li l-ikbar xebħ
jagħtik.


Żminijiet: Ferja 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika