Agħtihom il-mistrieħ
Rit:
Agħtihom il-mistrieħ ta’ dejjem;
Fuqhom jiddi d-dawl ta’ dejjem.
Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej:
Isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!
Ħa jkunu widnejk miftuħa,
Jien u nitolbok bil-ħniena. Rit:
Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej,
Sidi, min jista’ jżomm sħiħ?
Imma għandek hemm il-maħfra,
Biex hekk inqimuk fil-biża’ tiegħek. Rit:
Jien lill-Mulej nistenna,
Ruħi f’kelmtu tittama.
Tistenna ruħi lil Sidi,
Aktar milli l-għassiesa s-sebħ. Rit:
Aktar milli l-għassiesa s-sebħ,
Jistenna Israel lill-Mulej!
Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,
U l-fidwa għandu bil-kotra. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: