Angelus
Lilek Omm Alla b’għaxqa nsellmulek
Xħin tfiġġ il-għodwa
L-għanja ngħannulek.
Bil-ferħ bil-hena qlubna mogħnija
Ave Marija, Ave Marija.
Xħin b’saħħa tiżreġ ix-xemx ħanina
F’nofs il-jum sbejjaħ
Biex ħajja ttina
L-ilħna lejk nerfgħu
F’għanja smewwija
Ave Marija, Ave Marija.
Xħin jgħib minn fuqna
Dad-dawl fiddieni
U d-dalma taqa’ tal-lejl sewdieni,
Lilek insellmu ja Omm qawwija
Ave Marija, Ave Marija.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: