Bl-ikbar hena

Rit:
Alleluia, alleluia, alleluia.

Bl-ikbar hena fi qlubna u bit-tama
Ta’ ħajja oħra nfaħħruk, Sid Rebbieħ. Rit:

U mal-ilħna ferħana tal-anġli,
Nagħtuk ħajr u nroddulek il-ġieħ. Rit:

Ilqa’ talbna, Mulej, mimli ħeġġa,
Mal-offerti ta’ rwieħna safjin. Rit:

Ixgħel qlubna bl-imħabba ta’ mħabbtek,
Li ħelsitna min-nar tat-telfien. Rit:

Infaħħruk, Vittma Mqaddsa li fdejtna,
F’sagrifiċċju ta’ mħabba bla qies. Rit:


Żminijiet: Għid 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika