Duqu u Taraw

Rit:
Duqu u taraw kemm hu ħelu l-Mulej
Fuqu ippranzaw l-aqwa ikel ħudu b’xejn
Duqu u taraw kemm hu ħelu l-Mulej
Kulu minn dal-ħobż
Li mis-sema dejjem ġej.

Jissodisfa lir-ruħ
Minn kwalunkwè forma ta’ ġuħ
Jagħti paċi lill-qalb
Bi tweġiba għal kull sejħa ta’ talb. Rit:

Jitfa’ ġo ħalqna il-kliem
Li jwassluna biex inxerrdu s-sliem
Jimla bil-ħajja l-għajnejn
Ħalli jiddu bid-dawl tal-Mulej. Rit:

Jeqred ġo fina d-dnub
U bi grazzja jimlielna l-qlub
Jeħles lil min hu marid
Jagħti s-saħħa lil kull min irid. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Tqarbin


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika