Ejjew mill-artijiet kollha
Rit:
Ejjew mill-artijiet kollha
Għajtulu l-Mulej u faħħruh
Bil-ferħ aqduh, wiċċ hieni uruh
Idħlu folla għandu bil-kant.
Il-Mulej u ħadd ħliefu hu Alla
Għamiln’ hu u għalhekk aħna tiegħu
Poplu tiegħu u ħrief ċkejkna tiegħu
Hu għamilna u għalhekk aħna tiegħu. Rit:
Bit-tifħir aslu għandu qalb waħda
Idħlu ġewwa u grazzi agħtuh
Faħħru ismu bil-kant u berkuh
Idħlu ġewwa u grazzi agħtuh. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Dħul