Ejjew nimlew il-ġarar

Rit:
Ejjew nimlew
Il-ġarar tagħna bl-ilma
Sabiex infuru bil-ħajja mill-ġdid
B’ħarsitna lejk
Biex nagħmlu kif tgħidilna
Ħajjitna ntuk
Biex int mill-ġdid tibdilha f’inbid

Battalna u żvojtana minna nfusna
’Tina l-qawwa
Biex inħobbu ’l xulxin
Ħalli noffru x-xejn tagħna
Biex dan l-ilma
Tibdilhulna f’inbid ġdid
Meta nagħmlu dak li trid. Rit:

Ħeġġeġ il-qlub tagħna
Għall-imħabba
U bil-qawwa tal-Ispirtu Qaddis
Inwasslu fost id-dinja din il-bxara
Illi Kristu huwa s-Sid
Li jferrgħalna dan l-inbid. Rit:


Żminijiet: Randan 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika