Fi ħdan ommu

Bħal fosdqa battala
Lumija magħsura
Il-ġisem bla ruħ
Fuq ommu mitfugħ.

La l-folla ċaħditu
U mal-ħatja sallbitu
Reġa’ għandha mill-ġdid
Reġa’ għandha għal ftit.

Fil-fjur taż-żgħożija
Mar b’rasu mimlija
U llum hekk hu l-fdal
Ta’ kull ideal.

Imma hi li ħabbitu
Ma’ qalbha rassitu
Xtaqitu għal ftit
Ġo ġufha mill-ġdid.

Fis-skiet tal-hemm tagħha
Jinfired minn magħha
Il-ġisem għajjien
Jistenna l-qawmien.

U waqgħet id-dalma
U waqgħet il-kalma
Imma hi baqgħet hemm
Imbikkma bil-hemm.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika