Għal għonq it-triq

Rit:
Miexja lkoll għal għonq it-triq
Imsaħħin minn kelmtek,
O Feddej
Ngħixu bik u nikbru fik,
Ibqa’ magħna, Mulej Ġesù.

Kelmtek ħajja dawl għalina,
Għal riġlejna musbieħ jiddi
Meta miexja f’triq mudlama,
Ma nafux lejn fejn sejrin. Rit:

Kelmtek ħajja faraġ tagħna,
Iddewwilna qalbna mnikkta,
Tnissel fina raġġ ta’ tama
Biex flimkien inkomplu t-triq. Rit:

Kelmtek ħajja nar għalina,
Issaffina minn ħtijietna,
Tħeġġeġ fina ’l qalbna bierda
Biex nagħrfuk, biex inħobbuk. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika