Il-verità teħliskom
Il-verità teħliskom, il-verità hu jien
Ġesù li mitt għalikom
Biex tajtkom il-ħelsien.
Jekk tridu tkunu ħielsa,
Il-ħelsien huwa Jien …
Inkun kollox għalikom
Jekk insaltan f’qalbkom jien.
Jien qiegħed hawn ġo fikom
Imma intom tfittxu ’l bogħod
Ixxandruni biss bi kliemkom
Imma dan għalija x’jgħodd ?
Jien irrid lil qalbkom,
Imma qalbkom qiegħda ’l bogħod
Tafuni biss mill-kotba;
Tfittxu l-mezzi u mhux l-iskop.
Ejjew għandi u ssibu l-ħelsien;
Ejjew għandi li nagħtikom ferħ bla tmiem
Ejjew għandi u taraw
Min Hu li jgħidilkom.
Il-verità teħliskom …..
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: