Imbierek int
Imbierek int sid tal-ħolqien kollu
Għax fi tjubitek dal-ħobż noffrulek
Frott ta’ din l-art, xogħol dawn l-idejn
Li minnu jsir għalina ħobż.
Rit:
Imbierek int, imbierek int
Imbierek int għal dejjem,
Ammen
Imbierek int, imbierek int
Imbierek int għal dejjem,
Ammen.
Imbierek int sid tal-ħolqien kollu
Għax fi tjubitek l-inbid noffrulek
Frott ta’ din l-art, xogħol il-bnedmin
Li minnu jsir għalina xorb. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Offertorju