Imfarraġ mill-Veronika

Minn qalb il-folla, u r-rassa kollha
Fost tant kefrija, qalb tant ħruxija
Nibtet qalb waħda biss mit-tajbin
Li taf dejjem tħenn għall-imsejknin.

Rit:
“Dik min hija?” bdew jistaqsu
“X’inhi tagħmel, riesqa ħdejh?
Dik x’fettlilha?
Għax m’għamlitx bħalna
Qagħdet hawn inħarsu lejh?”

Ħafna inħbew, oħrajn insew
Kienu bnedmin, jafu ’l xulxin
Il-kotra bidlet l-imħabba, il-ħniena
Fil-biża’ fieragħ, fi qlub għajjiena.

Rit:
“Ejja ħdejna, o Veron’ka
Ibża’ għal ġieħek, toqgħodx tħenn
Neħħi il-maktur minn idek
Ejja ħdejna għall-wens u l-kenn!”


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika