Infaħħru bil-hena ‘l Ġesù
Rit:
Ħa nfaħħru bil-hena ’l Ġesù
Alleluia, Alleluia.
Nersqu quddiemu
B’għana ta’ radd il-ħajr, Alleluia
Hu xbieha ta’ Alla li ma jidhirx
U kien qabel il-ħolqien
Kollox sar bih
Kull ħlejqa fis-sema u fl-art, Alleluia. Rit:
Fih tgħammar il-milja ta’ Alla l-ħaj
Dak Alla li jħobbna lkoll
U b’demmu mxerred
Ġab paċi lill-bnedmin, Alleluia. Rit:
Hu l-ewwel, il-Kbir li qam mill-imwiet,
Il-bidu ta’ kull ma sar
Ir-Ras tal-Knisja
Li waqqaf fuq din l-art, Alleluia. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: