Kemm hu kbir il-ġid tiegħek, Mulej, * li inti rfajt għal min jibża’ minnek, li int ħejjejt għal min jafda fik, * quddiem il-bnedmin kollha.
Bil-ħarsien tiegħek tkenninhom * kontra t-tnassis tal-bnedmin; fl-għarix tiegħek taħbihom * kontra t-tqassis tal-ilsna.
Imbierek il-Mulej li minn belt qawwija * għamel miegħi għeġubijiet ta’ tjieba. Jien għedt fil-fixla li kelli: * “Ninsab maqtugħ minn taħt għajnejk!”. Imma int smajt leħen it-tħannin tiegħi * meta sejjaħt l-għajnuna tiegħek.
Ħobbu l-Mulej, ħbieb tiegħu kollha. † Lit-twajbin iħarishom il-Mulej, * imma jpattiha sewwa lil min jimxi bil-kburija. Issaħħu u qawwu qalbkom, * intom ilkoll li tittamaw fil-Mulej.
Glorja.
Ant. 3: Imbierek il-Mulej li għamel miegħi għeġubijiet ta’ tjieba.