Issebbaħ ruħi
Rit:
Issebbaħ ruħi l-Mulej
Jithenna fih l-ispirtu tiegħi
Għax ħares lejn iċ-ċokon
Tal-qaddejja tiegħu
U ħwejjeg kbar għamel miegħi
Minn issa u għal kull żmien
Imbierka isejħuli
Għax Alla hu qaddis
Setgħani ismu
Minn nisel għal kull nisel
Hu juri l-ħniena tiegħu
Imħabbtu hi għal dawk
Li jibżgħu minnu. Rit:
Xerred ’l-imkabbrin
Hu wera l-qawwa tiegħu
U għolla liċ-ċkejknin fit-tama tiegħu
Xebba’ ’l-imġewħin
Bil-ġuħ lill-għonja telaq
Lil Israel ħa ħsieb fil-ħniena tiegħu. Rit:
Ikun minni dak li trid
Hawn hi l-qaddejja tiegħek. Rit:
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Ringrazzjament