Jiltaqa’ ma’ ommu
Bi tbatija liema bħala
Taħt it-toqol tas-salib
Ġesù ssokta l-mixja tiegħu
Dejjem waħdu u bla ħabib.
U hawnhekk Ġesù iltaqa’
Mal-imsejkna ommu Marija
Li ma’ binha marret taqsam
Dik id-dehra ta’ tbatija.
U dik l-omm tgħidx x’niket ħasset
Tara ’l binha kollu dmija
Imma hija x’setgħet tagħmel?
Tħares lejh biss, imbikkija.
Żewġt iqlub kienu ingħaqdu
Flimkien qasmu t-tbatijiet
B’kuraġġ aqwa Ġesù ħaddan
Dak li l-Missier kien ried.
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: