Mgħobbi bis-salib

U Ġesù b’dik il-kundanna
Ġie afdat f’idejn l-għedewwa
Li b’dagħdigħa ta’ ħruxija
Kollox raw xieraq u sewwa.

Ma kinux forsi biżżejjed
Dawk il-kliem iebsa u kefrin!
Hu kien lest li jsofri aktar
Għall-imħabba tal-bnedmin.

Ma kinux forsi biżżejjed
Dawk il-ktajjen li rabtuh
U ix-xewk li ’l rasu kesa’
Is-salib riedu jagħtuh.

U fuq l-għolja tal-Kalvarju
Ġesù tela’ għalkemm bla ħtija
Taħt it-toqol ta’ dik l-għuda
Biex jarana lkoll mifdija.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika