nagħtu qalbna lil Marija
Madwarek, o Madonna,
Bil-qima miġburin,
Nitolbu u nsellmulek
Fi mħabbtek magħqudin. Ave, Marija!
Kemm ilek f’din l-art tagħna
Ma’ wliedek li jħobbuk
Fil-knejjes u fi djarna
Minn dejjem inqimuk. Ave, Marija!
F’kull xbiha ħelwa tiegħek
Niftakru dejjem fik,
U nsellmu bl-akbar qima
xħin ngħidu: Sliem għalik. Ave, Marija!
Qalb ħelwa ta’ Marija,
Sultana tal-bnedmin,
Kun inti l-Omm ħanina
Ta’ wliedek maħbubin. Ave, Marija!
Inġbarna hawn quddiemek
Mir-rħula u mill-ibliet
Biex nagħtu qalbna lilek,
Sultana tas-smewwiet. Ave, Marija!
Żminijiet:
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: