Nar iħeġġeġ

F’kull ma nara
Narak taħdem hekk fil-moħbi
Kif tmexxini u ‘l bogħod
Mill-għawg teħodni
Fejn immur u naħrab ‘l bogħod minnek?
Jiġri, x’jiġri, ser issibni lura għandek.
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrġuni.

Rit:
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
Bħal bi fjamma int taħraqni
Fija timxi b’nar ifejjaq
Jien mibdul mil-lejl għan-nhar.
Int tgħarbilni, Int tqabbadni
B’nar iħeġġeġ int taħraqni
Jgħaddi fija u jien ninbidel
Iżd’ int ma tinbidel qatt.

Int sawwartni u tal-għaġeb int għamiltni
Int tagħrafni u f’ġuf ommi int insiġtni
Sa mill-bidu ma kienx moħbi
Għadmi minnek, rajt għemili
Kollha nkitbu fil-ktieb tiegħek.
Il-mogħdijiet tiegħek isaħħruni
L-għerf u l-kelma tiegħek ifarrġuni. Rit:
Jien f’idejk, (dejjem) taħt għajnejk
Nafda ruħi fik, ruħi fik. Rit:


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika