O Ġesu Ħelwa tarbija

Rit:
O Ġesù ħelwa tarbija
Ejja twieled ġewwa fija
Ġesù tfajjel, frott l-imħabba
Twieled f’qalbi, miegħi trabba.

O Re ħelu tal-imħabba
Il-qalb tiegħi bik tixxabba
Ejja, o Alla, Feddej tiegħi
Istrieħ f’qalbi, oqgħod miegħi. Rit:

Kemm int ħelu, Ġesù tiegħi
Kemm nixtieq inħaddnek miegħi
Ħarstek ħelwa tiddi b’dija
Li l-qalb tiegħi b’ferħ timlieha. Rit:

Ġesù ħelu, kemm inħobbok
Bl-akbar għożża qalbi żżommok
Il-qalb tiegħi ħeġġiġhieli
Ħudha kollha, qaddishieli. Rit:

Narak tninni f’dik in-nieqa
Ninsa għal kollox kollha d-dieqa
Nistħajjilni ġa fil-ġenna
Bik nitgħaxxaq u nithenna. Rit:


Żminijiet: Milied 

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Ma jeżistux riżorsi għal din il-parti tal-mużika