O Kemm nixtieq naraha
O! Kemm nixtieq naraha
L-Omm ħelwa tiegħi, Marija,
Li tgħaxxaq bis-sbuħija
Lill-anġli, ’il-qaddisin.
Rit:
Hemm fuq maġenb Ġesù
Fil-glorja tas-smewwiet,
Hemm fuq bħall-isbaħ xemx
Li tiddi bil-barkiet.
O! Kemm nixtieq naraha,
Dan hu t-tnehid ta’ qalbi,
L-ilfiq li jħeġġeġ talbi,
Bil-lejl, bi nhar, kull ħin. Rit:
O! Kemm nixtieq naraha,
Ix-xemx li t-triq urietni
Fid-dlam tal-qerq u mlietni
Bil-qalb tar-rebbiħin. Rit:
O! Kemm nixtieq naraha,
Din l-itjeb Omm li jiena
Bla qies inħobb għall-ħniena,
Li tħoss għall-midinbin. Rit:
O! Kemm nixtieq naraha,
Biex bl-akbar ferħ ngħannilha
U l-eqdes ġieħ noffrilha
Fil-ġenna mal-henjin. Rit:
Żminijiet: Ferja
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: Għeluq