Inti l-blata u l-fortizza tiegħi

 

Kompieta, l-Erbgħa 13 ta’ Mejju 2026

Salm 30 (31):1-6

Talb umli ta’ tama fin-niket
Missier, nerħi ruħi f’idejk. (Lq 23:46) 

Fik, Mulej, jien nistkenn; *
ma jkolli qatt għax nirgħex.
Fil-ġustizzja tiegħek salvani, *
agħtini widen u fittex eħlisni.
Kun blata tal-kenn għalija, *
fortizza qawwija ta’ salvazzjoni. 

Inti l-blata u l-fortizza tiegħi; *
f’ġieħ ismek mexxini u wennisni.
Oħroġni mix-xibka li ħbew għalija *
għax inti l-qawwa tiegħi. 

F’idejk jien nerħi ruħi; *
int teħlisni, Mulej, Alla tas-sewwa. 

Glorja.