Stennejtek

Stennejtek ilbieraħ,
Għażiż iben tiegħi;
Fejn kont ma ġejtx ħdejja,
Kemm xtaqtek kont miegħi;
Fil-knisja, din dari,
Fil-bniedem il-qalb,
Kemm ftit idaħħluni!
Kemm nies bogħod mit-talb.

Ix-xewqa li għandi
Hi waħda għal kulħadd:
Ħobbuni nitlobkom,
Ma nwarrab lil ħadd.
Li kieku kull bniedem
Jaf x’għandi għalih
Malajr jibda jħobbni
U nibqa’ ngħix fih.

O bniedem, o bniedem,
Għaliex tlaqt u nsejtni;
Ma tafx x’għamilt miegħek
Għaliex hekk ħallejtni?
Mhux dejjem l-imħabba
Hawn jien biex nagħtik;
Mel’ejja nitolbok
Ħa nifraħ ftit bik.
Mel’ejja nitolbok
Ħa nifraħ ftit bik.
Ħa nifraħ ftit bik.


Żminijiet:  

Tindaqq f’ħinijiet partikolari:


Riżorsi disponibbli għal din il-parti tal-mużika