Twieled il-Messija
Rit:
Alleluia
Alleluia
Twieled il-Messija!
Is-smewwiet jixhdu l-kobor u l-ħniena
Tal-Mulej li sar bħalna l-bnedmin. Rit:
Kliemna jxandar is-sebħ t’Alla tagħna,
Qlubna jroddu bil-ferħ qima u ħajr. Rit:
Il-Mulej ħares lejna u ħassrilna
L-għajb tal-ħtija li sibna fid-dnub. Rit:
Niżel ħdejna mis-sema l-Mistenni,
Li xtaquh sa minn dejjem il-ġnus. Rit:
Il-Mulej twieled fostna biex aħna
Niksbu r-rebħa fuq l-għadu u l-mewt. Rit:
Żminijiet: Milied
Tindaqq f’ħinijiet partikolari: