Qum! Ejja biex tgħinna!

 

L-uffiċċju tal-qari, illum il-Ħamis 16 ta’ Settembru.

Salm 43 (44)

(III) 

Dan kollu ġralna, għalkemm ma nsejniekx, *
għalkemm ma ksirniex il-patt tiegħek.
Ma dorniex mill-fehma tagħna, *
anqas ħarġu minn triqtek riġlejna.
Imma int sħaqtna f’art il-klieb selvaġġi, *
u b’dell il-mewt għattejtna. 

Li kieku nsejna isem Alla tagħna, *
jew ftaħna jdejna quddiem xi alla barrani,
ma kienx Alla b’dan jintebaħ, *
hu li jagħraf x’hemm moħbi fil-qalb?
Minħabba fik joqtluna l-jum kollu, *
jgħodduna bħal nagħaġ għall-qatla. 

Qum! Għax int rieqed, Sid tiegħi? *
Stenbaħ! La twarrabniex għal dejjem.
Għaliex taħbi wiċċek minna? *
Għaliex tinsa d-dwejjaq u t-tgħakkis tagħna? 

Għax fit-trab ninsabu mitluqa, *
mixħuta mal-art minn tulna.
Qum! Ejja biex tgħinna! *
Eħlisna, f’ġieħ it-tjieba tiegħek! 

Glorja.

Ant. 3: Stenbaħ, Mulej! La twarrabniex għal dejjem.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/