Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena

01/10/21

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, inti tfawwar tjubitek fuq dawk li jitolbuk u tagħtihom aktar milli jistħoqqilhom, aktar milli huma stess jistgħu jixtiequ; xerred fuqna l-ħniena tiegħek, billi taħfrilna kulma jbeżżagħna fil-kuxjenza tagħna u tagħtina dak li ma għandniex ħila nitolbuk.

B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

Kolletta tas-Sebgħa u Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena