L-uffiċċju tal-qari, illum l-Erbgħa 29 ta’ Settembru.
Salmodija
Ant. 1: Aħna nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew il-fidwa ta’ ġisimna.
Salm 38 (39)
(I) Talba fil-mard
Il-ħolqien kollhu jinsab taħt il-frugħa … bit-tama li l-ħlejjaq għad ikunu meħlusa. (Rum 8:21-22)
Jien għedt: “Irrid nara kif nimxi, * biex ma nagħmilx dnubiet bi lsieni; inqiegħed fuq fommi sarima, * sakemm idum il-ħażen quddiemi.”
Għalaqt ħalqi u bqajt sieket; † żammejt il-kwiet, u xejn ma swieli; * l-uġigħ tiegħi aktar ħraxli. Tħeġġet qalbi ġewwa fija; * għall-ħsieb biss, nar tkebbes fija.
Inħall imbagħad ilsieni, u jien għedt: * “Għarrafni, Mulej, it-tmiem tiegħi, u kemm hu twil żmien il-jiem tiegħi, * ħa nkun naf kemm xejn ma niswa.”
Ara, tul xibrejn għamiltli jiemi, † żmien ħajti qisu xejn quddiemek. * Tassew, daqxejn ta’ nifs kull bniedem. Bħal dell jgħaddi l-bniedem, † għalxejn joqgħod jitħabat, * jaħżen il-ġid bla ma jaf min għad jiġbru.