Tifħir ta’ sbiħ il-jum, illum it-Tlieta 5 ta’ Ottubru.
Salm 84 (85)
Qrib is-salvazzjoni tagħna Bil-miġja tas-Salvatur tagħna fid-dinja, Alla wera mħabbtu lejn artu. (Oriġene)
Wrejt imħabbtek, Mulej, lejn artek; * reġġajt ’il Ġakobb lura mill-jasar. Neħħejt il-ħtija tal-poplu tiegħek; * ħfirtilhom dnubiethom kollha. Reġġajt lura l-qilla tiegħek; * taffejt is-saħna tal-korla tiegħek. R
eġġagħna għal li konna, Alla tas-salvazzjoni tagħna, * warrab minn fuqna l-qilla tiegħek. Se tibqa’ għal dejjem tinkorla għalina? * Se tibqa’ għal dejjem tagħdab kontrina? Mhux int li terġa’ tagħtina l-ħajja, * biex jifraħ bik il-poplu tiegħek? Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek, * u s-salvazzjoni tiegħek agħtina.
Ħa nisma’ xi jgħid Alla; * il-Mulej is-sliem ixandar,għall-poplu u l-ħbieb tiegħu, * u għal dawk li jafdaw fih.Q rib hi tassew is-salvazzjoni tiegħu † għal dawk li jibżgħu minnu, * biex jgħammar is-sebħ f’artna. It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu, * il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu. Il-fedeltà mill-art tinbet, * u l-ġustizzja mis-sema tixref.
Il-Mulej ukoll jagħti l-ġid tiegħu, * u artna tagħti l-frott tagħha. Il-ġustizzja quddiemu timxi, * u s-sliem fuq il-passi tiegħu.