Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!

 

L-għasar, illum il-Ħadd 24 ta’ Ottubru.

Salm 121 (122)

Ġerusalem, il-belt qaddisaIntom ersaqtu lejn il-muntanja ta’’ Sijon u lejn il-belt ta’ Alla l-ħaj, li hi Ġerusalem tas-sema’. (Lhud 12:22) 

Fraħt meta qaluli: *
“Sejrin f’dar il-Mulej!”
Diġa’ qegħdin riġlejna *
fi bwiebek, Ġerusalemm! 

Ġerusalemm, mibnija bħal belt, *
magħquda ħaġa waħda.
Lejha t-tribujiet jitilgħu, it-tribujiet tal-Mulej, †
biex, skond il-liġi ta’ Iżrael, *
ifaħħru isem il-Mulej.
Għax hemm twaqqfu t-tronijiet tal-ħaqq, *
it-tronijiet tad-dar ta’ David. 

Itolbu s-sliem għal Ġerusalemm: *
“Ħa jkollhom is-sliem dawk kollha li jħobbuk!
Ħa jkun hemm is-sliem ġewwa l-ħitan tiegħek, *
u l-ġid fil-palazzi tiegħek!”
Minħabba ħuti u ħbiebi, *
ħallini ngħidlek: “Is-sliem għalik!”
Minħabba f’dar il-Mulej, Alla tagħna, *
nixtieq illi jkollok il-ġid. 

Glorja.

Ant. 2: Immorru ferħana f’dar il-Mulej.

Ant. 3: Faħħru lil Alla tagħna, intom il-qaddisin kollha tiegħu.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/