Talba ta’ nofs il-jum, illum il-Ħamis 9 ta’ Diċembru.
Salm 55 (56):2-7b,9-14
Tama fil-kelma tal-Mulej Dehra ta’ Kristu fi tbatijetu. (S.Ġirolmu)
Ħenn għalija, o Alla, † għax qegħdin ikasbruni, * il-jum kollu jagħmlu għalija u jagħfsu fuqi. Il-jum kollu jkasbruni l-għedewwa tiegħi, * għax ħafna huma dawk li jeħduha miegħi.
Fik, Alla l-Għoli, jien nittama, * meta jkolli għal xiex nibża’. Bl-għajnuna ta’ Alla nfaħħar kelmtu; † f’Alla nafda, m’għandix għax nibża’; * x’jista’ jagħmilli l-bniedem?
Il-jum kollu jqassu u jgħidu fuqi, * ħsiebhom biss kif jagħmluli l-ħsara. Jinġemgħu flimkien u jistaħbew, * jgħassu l-mixi tiegħi. Int għoddejt kull ċaqliqa tiegħi; † iġma’ fi flixkun id-dmugħ tiegħi. * Mhuwiex dan fil-ktieb tiegħek?
Imbagħad jerġgħu lura l-għedewwa tiegħi, meta jiena nsejjaħlek. * Dan jien naf, li Alla hu miegħi. Bl-għajnuna ta’ Alla nfaħħar kelmtu; * bl-għajnuna tal-Mulej infaħħar kelmtu. F’Alla nitma, m’għandix għax nibża’; * x’jista’ jagħmilli l-bniedem? O Alla, jien marbut bil-wegħdiet tiegħek; * għalhekk inroddlok sagrifiċċji ta’ tifħir. Għax mill-mewt int ħlistli ’l ħajti † u ’l riġli mill-waqgħa, * biex nimxi quddiem Alla fid-dawl tal-ħajjin.
Glorja.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/