Il-Magħmudija tal-Mulej

07/01/22

 

O Alla ta’ dejjem li tista’ kollox, meta Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan l-Ispirtu s-Santu niżel fuqu, u int, b’leħen setgħani, għarraftna li hu Ibnek l-għażiż; agħmel li l-ulied adottivi tiegħek, li ħadu twelid ġdid mill-ilma u l-Ispirtu s-Santu, jibqgħu jgħixu sa l-aħħar kif jogħġob lilek. B’Ibnek Ġesù Kristu Sidna, li miegħek jgħix u jsaltan flimkien mal-Ispirtu s-Santu, Alla, għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.