o Alla, salvani

 

Talba ta’ nofs il-jum, illum it-Tlieta 4 ta’ Jannar 2022.

Salm 53 (54):1-6,8-9

Talba għall-għajnuna
Il-profeta jitlob biex f’isem il-Mulej jinħeles mill-ħażen ta’ min qam kontrih. (Kassjanu) 

B’ismek, o Alla, salvani; *
agħmilli ħaqq bil-qawwa tiegħek.
Isma’, o Alla, it-talba tiegħi; *
agħti widen għal kliem fommi. 

Għax nies barranin qamu kontrija, †
nies kefrin jonsbuli ħajti; *
ma jżommux ’l Alla quddiem għajnejhom.
Ara, Alla l-għajnuna tiegħi: *
il-Mulej hu dak li jżommni. 

Minn qalbi noffrilek is-sagrifiċċju; *
inrodd ħajr lil ismek, għax hu tajjeb.
Għax minn kull hemm ħelisni l-Mulej; *
jitpaxxew għajnejja bl-għedewwa mirbuħa. 

Glorja.

Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/