L-uffiċċju tal-qari, illum l-Ġimgħa 7 ta’ Jannar2022.
Salm 37 (38)
(III)
Imma jien bħal trux li ma jismax; * bħal imbikkem li ma jiftaħx ħalqu. Nagħmilha ta’ wieħed li ma jismax, * bħal wieħed li xejn ma għandu xi jgħid.
Għax fik, Mulej, jien nittama; * int li twieġeb, Sid u Alla tiegħi. Jien għedt: “Ma jifirħux minħabba fija, * ma jiftaħrux fuqi jekk riġli jogħtor.”
Għax jien wasalt biex naqa’; * u tbatijieti dejjem quddiem għajnejja. Ħtijieti jien nistqarrhom; * nitħasseb fuq id-dnub tiegħi.
Tqawwew dawk li għal xejn b’xejn huma kontrija, * żdiedu dawk li għal xejn jobogħduni; dawk li jrodduli l-ġid bid-deni; * dawk li jiqfuli għax nimxi sewwa.
La tħallinix, Mulej; * Alla tiegħi, titbegħidx minni. Fittex agħtini l-għajnuna, * Sidi, is-salvazzjoni tiegħi.
Glorja.
Ant. 3: Ħtijieti nistqarrhom; Sidi, la tħallinix, inti s-salvazzjoni tiegħi.
Kompli itlob billi żżur is-Salmi tal-ġurnata fuq https://brevjar.knisja.mt/